Saturday, May 16, 2009

Logħba tipika bejn il-ħbieb ta’ matul il-ġimgħa

Il-plejers jibdew jaslu ftit ftit għal madwar il-ħin tad-disa’ ta’ filgħaxija ġewwa l-grawnds ta’ Swatar. Jibdew jitkellmu bejniethom dwar x’ikun ġara fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel jew dwar xi karozza lussuża li jixtiequ jixtru. Ftit wara l-plejers li jkunu waslu jidħlu ġol-grawnd u jibdew jagħmlu ftit eżerċizzji qabel ma tibda l-logħba. Fl-aħħar kull plejer jasal u wara li jitqassmu l-plejers, il-logħba tibda bil-plejers kollha ħerqana li jkollhom prestazzjoni tajba. Il-logħba ta’ madwar siegħa tkun mimlija b’kollox; gowls spettakolari, azzjonijiet ta’ attakk li jħalluk bla nifs, xi żamma inkredibbli mill-gowler biex isalva t-tim tiegħu fost azzjonijiet oħrajn. Ma jonqosx xi dagħwa meta plejer ifalli ċans tad-deheb biex jagħmel gowl jew meta jkun hemm xi fowl ikraħ fuq plejer. Fl-aħħar tal-logħba kulħadd jinġabar fuq it-taraġ għajjien mejjet, min jixrob biex jirkupra xi enerġiji , min jipprova jsib il-flus sabiex iħallas is-sehem tiegħu għall-kiri tal-grawnd u min jiddiskuti l-andament tal-logħba.

No comments:

Post a Comment