(Inżul ix-xemx fl-Imtaħleb)
Għodwa waħda f’Ħadd normali ta’ xitwa feġgħet ix-xemx b’saħħa liema bħala u dlonk sitt iħbieb erħewlha lejn l-Imtaħleb biex imorru għal mixja fost il-kampanja Maltija. Hekk kif bdejna niżlin il-mogħdijiet tal-wied, kollha stajna nammiraw u nitgħaxxqu b’għelieqi kollha ħdura imdawwrin b’ħajt tas-sejjiegħ. Iktar ma komplejna nimxu iktar stajna nammiraw l-isbuħija tal-kampanija Maltija u kemm hemm bżonn li nħossu kburin b’dak li għandna u li nieħdu ħsiebha. Wara ftit mixi mhux ħażin wasalna f’tarf l-irdum għoli, bil-baħar u r-riħ jolqtu l-wiċċ l-irdum hekk kif ilhom jagħmlu għal sekli sħaħ sabiex taw il-forma li llum-il ġurnata nistgħu naraw. Ix-xemx ħesrem bdiet nieżla u erħilna naqbdu t-triq lura biex ma ninqabdux f’nofs wied f’dlam ċappa bid-dawl tal-qamar u l-istilel biss bħala gwida. Aħna u mixjin lura għib ix-xemx tat dehra mistika lill-inħawi kollha bi ħmurija liema bħala.
No comments:
Post a Comment